Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Doreen Clarke ma laqgħetx it-talba tal-eks Money Laundering Reporting Officer (MLRO) tal-Pilatus Bank – Claude-Anne Sant Fournier biex tappella mid-deċiżjoni ta’ l-istess Qorti biex tkun parti fil-kawża tal-għaqda Repubblika kontra l-Avukat Ġenerali .
Repubblika fetħet kawża fil-Qorti wara li l-AĠ naqset li ttella’ diversi uffiċjali għolja ta’ Pilatus Bank li kienet rrakkomandati mill-Maġistrat inkwerenti għall-prosekuzzjoni mill-inkjesta tal-Bank Pilatus. Sant Fournier kienet preżentat il-każ fil-21 ta’ Lulju li għadda fejn talbet permess lill-Qorti biex tikkonċedielha permess speċjali biex tkun tista’ tressaq appell minn digriet mgħoti fit-13 ta’ Lulju 2023.
L-Avukat ta’ l-Istat kien oppona din it-talba filwaqt li l-għaqda Repubblika ħalliet f’idejn il-Qorti biex tiddeċiedi hi mingħajr ma kkummentat. Sant Fournier qed tgħid li saret xi forma ta’ diskriminazzjoni fil-konfront tagħha u li ma ingħatax r-raġunijiet wara d-deċizjoni.
Dik li jittieħdu proċeduri kontra tagħha imma mhux kontra l-persuni l-ohra imsemmija mill-Maġistrat
Inkiwrenti u b’mod partikolari kontra Antoniella Gauci. Saret insistenza li rrikorrenti tixtieq li jkollha s serħan tal-mohh li d-deċiżjonijiet li ttieħdu u li wasslu għall-proċeduri fil-konfront tagħha, ma’l-egħluq ta’l-inkjesta, saru bil-mod rikjest mill-liġi u li l-proċess li wassal għat-teħied ta’ dawn id-deċizjonijiet kien wieħed san.
Madankollu qalet il-Qorti dawn in-nuqqasijiet żgur li ma jiffurmawx parti mill-mertu tal-proċeduri li waqthom il-Qorti ma tistax tidħol f’deċiżjonijiet li wasslu għat-teħied ta’ proċeduri penali. Il-Qorti qalet li ma tarax li nġiebu raġunijiet suffiċjenti biex jikkonvinċuha li jkun aħjar u ġust li Sant Fournier tingħata permess tappella mid-digriet f’dan l-istadju u għal dawn il-mottivi t-talba ġiet miċhuda. L-Avukat Stefano Filletti qed jidher għal Sant Fournier.
//= $special ?>