Raġel weġġa’ gravi wara inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6pm fi Triq ix-Xatt, f’Tal-Pietà.
Il-Pulizija marru minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn mutur Yadea misjuq minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Furjana u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Birkirkara.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>