Is-Somalja ssospendiet uffiċjal tal-Ministeru tal-Isport u President tal-Federazzjoni tal-Atletika, minħabba nepotiżmu wara li sprinter mingħajr idea ta’ kompetizzjoni tħalliet tikkompeti fil-100m fil-Logħob Dinji tal-Universitàjiet li qed isir fiċ-Ċina.
Nasra Abubakar Ali damet kważi d-doppju tar-rebbieħa biex spiċċat il-100 metru fil-Heat numru tlieta mill-ewwel rawnd tal-Logħob.
Il-President tal-Federazzjoni tal-Atletika tas-Somalja Khadijo Aden Dahir ġiet sospiża b’akkuża li abbużat mill-poter tagħha, dan wara laqgħa bejn il-Ministeru tal-Isport tal-pajjiż u l-Kumitat Olimpiku tas-Somalja.
Irriżulta wkoll li l-Assoċjazzjoni tal-Isport Universitarju tas-Somalja ma teżistix. Il-Ministeru se jieħu azzjoni legali kemm kontra ċ-Chairman tal-Federazzjoni tal-Atletika tas-Somalja kif ukoll kontra oħrajn responsabbli għall-falsifikazzjoni biex Nasra Abubakar Ali setgħet tikkompeti.
Hija temmet il-100 metru f’21.81 sekondi aktar minn 10 sekondi wara Gabriela Silva Mourao tal-Brażil li temmet fi 11.58 sekondi Il-Ministru għall-Isport Mohamed Barre Mohamud iddeskriva l-inċident bħala imbarazzanti.
//= $special ?>