Wara li l-bieraħ intlgħabu l-aħħar partiti mill-fażi tal-gruppi fitTazza tad-Dinja tal-FIFA tan-nisa, illum kienet ġurnata ta’ mistrieħ qabel ma’ għada jingħata bidu għall-ewwel partiti mill-fażi tal-aħħar 16.
Din il-fażi għandha għaddejja sat-Tlieta 8 t’Awwissu biex imbagħad fil-11 t’Awwissu jibdew il-logħob mill-kwarti tal-finali. Is-semi finali jintlagħabu fil-15 u s-16 t’Awwissu filwaqt li l-finali tintlagħab fl-20 t’Awwissu fi Stadium Australia.
Il-partiti mill-aħħar sittax huma dawn:
Is-Sibt 5 t’Awwissu:
7am – Żvizzera vs Spanja
10am – Ġappun vs Norveġja
Il-Ħadd 6 t’Awwissu:
4am – Olanda vs Afrika t’Isfel
11am – Żvezja vs Stati Uniti
It-Tnejn 7 t’Awwissu:
9:30am – Ingilterra vs Niġerja
12:30pm – Awstralja vs Danimarka
It-Tlieta 8 t’Awwissu:
10am – Kolombja vs Ġamajka
1pm – Franza vs Marokk
//= $special ?>