L-atleta żagħżugħ Tommy Wallbank organizza maratona oħra f’isem il-mibkija Rebecca Zammit Lupi, din id-darba ikkommemora dak li kellu jkun l-għeluq it-18-il sena tagħha.
Il-Maratona saret is-Sibt fis-6:30am u l-punt tat-tluq kien minn fejn ir-ristorant Surfside f’Ta’ Sliema, fejn il-parteċipanti se avvanzaw sa Qui Si Sana u rritornaw lura sa kemm ma laħqu t-18-il kilometru.
Id-donazzjonijiet kollha inġabru f’isem l-Assoċjazzjoni tal-annimali abbandunati, hekk kif Rebecca kellha għal qalba ħafna l-annimali.
Din mhux l-ewwel inizjattiva li Wallbank ħa f’dan ir-rigward, hekk kif l-avventura tiegħu bdiet sentejn ilu fejn ħareġ bl-idea li jiġri kilometru għal kull €5 mogħtija lil Puttinu Cares, dejjem f’isem il-ħabiba għażiża tiegħu Rebecca Zammit Lupi li sfortunatament tilfet ħajjitha kontra l-ġlieda tal-kanċer ta’ eta’ żgħira.
L-għan prinċipali tiegħu kien li jiġbor €500, madankollu, huwa rnexxielu jiġbor €10,000 għal Puttinu Cares.
B’xorti ħażina, Rebecca tilfet ħajjitha fl-2021 ta’ 15-il sena hekk kif tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-Ewing Sarcoma, li huwa kanċer rari fl-għadam. Rebecca kienet se talaq 18-il sena il-Ħamis li għadda.
Huwa stqarr fl-intervisti li minkejja s-sħana tremenda tas-sajf, huwa ddeterminat sa l-aħħar li jlesti l-maratona u jħeġġeġ lil kull min jista li jattendi anka sempliċiment sabiex isegwi xinu jiġri u jagħti l-kontribut tiegħu.
Wieħed jista jagħti donazzjoni fuq Revolut permezz ta’ dan in-numru 77300305.
Ritratt tat-tfulija ta’ Tommy u Rebecca
//= $special ?>