Lokali Qorti

Żagħżugħ mixli li stupra tnejn minn ħutu u abbuż sesswali fuq oħra

Ritratt mill-Arkivji

Żagħżugħ ta’ 20 sena nżamm arrestat il-Ħamis wara li wieġeb mhux ħati li stupra lil żewġ ħutu u abbuża sesswalment lil oħtu bijoloġika f’dawn l-aħħar seba’ snin. L-akkużat li ismu ma jistax jiġi ppubblikat b’ordni tal-qorti, kien akkużat li stupra regolarment lil ħutu u lil oħtu fir-residenza tagħhom fil-Qala.

Huwa kien akkużat ukoll fil-Qorti ta’ Għawdex li abbuża sesswalment lil oħtu bijoloġika li dak iż-żmien kienet għadha disa’ snin. Il-Maġistrat Simone Grech semgħet kif il-vittmi dak iż-żmien kien għad kellhom 10 u 11 u kellu 13-il sena meta beda l-abbuż.

Tnejn mill-bniet huwa “half sisters” tal-akkużat filwaqt li l-oħra hi oħtu mija fil-mija. Il-pulizija bdiet tistħarreġ il-każ meta waħda mill-aħwa żvelat l-abbuż fejn allegatament l-abbuż mill-imputat beda meta kien għad kellu biss 13-il sena.

Ir-raġel ċaħad li stupra lil oħtu u lil ħutu, li llum għandhom 16 u 17-il sena, li pparteċipa f’attivitajiet sesswali mat-tliet minorenni, li kkorrompihom u li pparteċipa f’attivitajiet sesswali magħhom minn età daqshekk tenera. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi kollha.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal talba għall-ħelsien mill-arrest u talbet lill-qorti biex toħroġ ordni ta’ protezzjoni favur l-allegati vittmi. Il-Maġistrat Grech ħarġet l-ordni ta’ protezzjoni u ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq il-bażi li l-allegati vittmi għad kellhom jixhdu fil-proċeduri. L-ispettur tal-Pulizija Joseph Busuttil, assistit mill-avukat Darlene Grima, mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.