Anzjana ta’ 70 sena residenti Santa Venera weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħodu għall-ħabta tad-9:30 fi Triq l-Omnibus f’Santa Venera.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-anzjana intlaqtet minn karozza misjuqa minn anzjan ta’ 65 sena residenti Birkirkara.
L-anzjana ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet
iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>