Sport Sport Ieħor

Ċerimonja tal-Ftuħ li tagħti bidu għall-Commonwealth Youth Games

Fil-Hasely Crawford Stadium fi Trinidad u Tobago saret iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tas-7 Edizzjoni tal-Commonwealth Youth Games li għandhom jibqgħu sejjrin sat-12 ta’ Awwissu.

Fiċ-Ċerimonja tal-Ftuh il-bandiera Maltija nġarret minn Kai Azzopardi u Keira Attard. Il-kontinġent tal-Kumitat Olimpiku Malti mmexxi minn Maria Vella Galea bħala Chef de Mission u l-ufficjal Warren Muscat, huwa magħmul minn tlett triatleti.

Keira Attard, Kai Azzopardi u Ryan Muscat ser jikkompetu fis-Super Sprint Individual Distance, filwaqt li Attard u Azzopardi jingħaqdu biex flimkien jikkompetu fis-Super Sprint Mixed Relay.

Fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ, mill-aktar ikkulurita li tat xhieda tal-kulturi fi ħdan il-Commonwealth, ħadu sehem atleti minn 71 nazzjon u territorju fi ħdan il-Commonwealth.

Il-Logħob kien iddikjarat miftuħ mill-President tal-Commonwealth Games Federation Louise Martin.