Il-plejer Ingliż Dan Evans għamilha għas-semi finali tas-Citi Open f’ Washington wara li rebaħ żewġ partiti f’ġurnata waħda.
L-ewwel konfront kien kontra r-Russu Alexander Shevchenko fejn Evans ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 6-4 6-3. Il-partita kellha oriġinajament tintlagħab il-Ħamis, pero ġiet posposta għall-Ġimgħa minħabba l-maltemp.
Iktar tard fil-ġurnata, Evans kiseb it-tieni rebħa tal-ġurnata din id-darba kontra Frances Tiafoe li kien ikkunsidarat bħala wieħed mill-favoriti sabiex jirbaħ din il-kompetizzjoni.
Evans issa se jaffronta lil Bulgaru Grigor Dimitrov fis-semi finali.
Evans irritorna lura fil-forma din il-ġimgħa hekk kif kellhu sensiela ta’ riżultati negattivi, fosthom telfiet fl-ewwel partiti tal-Queen’s Club, Wimbledon kif ukoll Atlanta Open.
Fis-semi finali l-oħra, Taylor Fritz se jaffronta lil Tallo Griekspoor wara li għeleb lil Jordan Thompson bl-iskor ta’ 6-3 6-3.
Fil-kategorija tan-nisa, Coco Gauff għelbet lil Belinda Bencic bl-iskor impressjonanti ta’ 6-1 6-2.
B’hekk Gauff se taffronta lir-Russa Liudmila Samsonova wara li għelbet lil Marta Kostyuk bl-iskor ta’ 4-6 6-4 6-3.
//= $special ?>