Bi qbil bejn iż-żewġ partijiet, Giorgi Chiabrishvili tneħħa minn kowċ ta’ Dinamo Tbilisi ġurnata biss wara li ċ-champions tal-Ġorġja sfaw eliminati minn Ħamrun Spartans fit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League.
Chiabrishvili kien ilu jmexxi lil Dinamo Tbilisi sa minn Ġunju tal-2022 u l-kuntratt tiegħu kien jiskadi fis-sajf tal-2024.
Madanakollu, l-eliminazzjoni kontra Ħamrun u l-pożizzjoni fil-kampjonat jidher li kienu fatturi ewlenin biex it-tmexxija ta’ Dinamo Tbilisi ddeċidew li jtemmu l-kuntratt tal-kowċ ta’ 43 sena.
//= $special ?>