Tal-anqas tlett persuni tilfu ħajjithom kważa tax-xita bla waqfien u għargħar li ħakem l-iSlovenja. Apparti minn hekk għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ hekk kif diversi persuni għadhom irrappurtati nieqsa.
Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru tas-Slovenja ddeskriva din is-sitwazzjoni bħala waħda katastrofika.
Barra minn hekk, eluf ta’ persuni ġew evakati kaġun ta’ dan l-għargħar li ħolqot ix-xita bla waqfien. Madwar 16,000 persuna spiċċaw mingħajr il-provvista tal-elettriku kif ukoll mingħajr il-provvista tal-ilma.
Diversi toroq prinċipali jinsabu magħluqa minħabba l-għargħar. It-toroq li jgħaqqdu l-iSlovenja mal-Awstrija wkoll jinsabu magħluqa hekk kif l-għargħar laqat partijiet mill-Awstrija. In-nies qed jiġu mwissija sabiex kemm jista’ jkun ma joħorġux minn djarhom.
Intant, rapporti qed jgħidu li dan hu l-agħar għargħar li l-Slovenja qatt rat minn mindu saret independenti fl-1991.
//= $special ?>