F’perjodu ta’ 24 siegħa l-Ukrajna attakkat żewġ bastimenti Russi b’wieħed minnhom li kien 17-il mil bogħod mill-pont li jgħaqqad l-Krimea mar-Russja.
Hija ferm rari li l-Ukrajna tikkummenta dwar attakki bid-drones iżda f’dan il-każ l-Ukreni qalu li huma responsabbli minn dawn iż-żewġ attakki. Wieħed mill-bastimenti ġie deskritt bħala wieħed mill-aktar bastimenti b’saħħtu tal-Federazzjoni Russa.
Barra minn hekk peress li l-ewwel attakk sar fil-port tal-Baħar l-Iswed, l-Ukrajna ddikjarat il-porti bħala żoni ta’ theddid militari sat-23 t’Awwissu li ġej.
Għaldqastant is-Sibt filgħodu in-navali Russi qerdu drone li kien jinsab viċin il-Krimea. Dan qalu l-Gvernatur ta’ dan ir-reġjun filwaqt li qal li n-nies li jinsabu qrib iż-żona jistgħu jibqgħu hemm għaliex m’hemmx periklu.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li dawn l-attakki qed iservu biex ifakkru lil Russja li din il-gwerra taffetwa lilhom ukoll. Dan kollu seħħ wara li l-Ġimgħa il-mexxej tal-Oppożizzjoni Russa, weħel 19-il sena ħabs fuq akkużi t’estremiżmu.
Intant, ftit tas-sigħat ilu bdew diskussjonijiet fis-Saudi Arabia fejn mistenni li jiġi diskuss pjan bit-tama li l-gwerra tiġi fit-tmiemha. Għal din il-laqgħa hemm preżenti madwar 40 alleat tal-Ukrajna. Madanakollu, ir-Russja mhux se tattendi għal din il-laqgħa iżda ħabbret li se tkun qed issegwi dak li jintqal.
//= $special ?>