Lokali

Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Għaxaq

Raġel ta’ 26 sena weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Dawret Ħal Għaxaq kaġun ta’ inċident bejn żewġ vetturi. L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tas-6:30 f’Ħal Għaxaq.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti ż-Żejtun u karozza oħra misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti Ħal Għaxaq.

Konsegwenza tal-inċident, raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Għaxaq li kien miexi fit-triq intlaqat minn waħda mill-vetturi u sofra xi ġrieħi.

Għaldaqstant iż-żewġ xufiera ma sofrewx ġrieħi.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.