Lokali

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’San Ġwann

Raġel ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ tard il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tal-11:00 fi Triq il-Pelikan, f’San Ġwann.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel li kien qiegħed isuq il-mutur tilef il-kontroll bil-konsegwenza li waqa’.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.