Bil-għan li dejjen tinżamm is-sigurtà fit-toroq, Transport Malta u l-Pulizija komplew iwettqu spezzjonijiet fit-toroq. Waqt operazzjoni f’Buġibba twaqqfu b’kollox 279 vettura, li rriżultaw f’94 kontravenzjoni u saru 3 arresti mill-Korp tal-Pulizija.
L-inizjattiva inħadmet minn uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta u oħrajn mill-Korp tal-Pulizija, li ħadmu b’mod kollaborattiv biex jinfurzaw il-konformità u jieħdu azzjonijiet xierqa kontra dawk li jwettqu reati.
Il-kontravenzjonijiet maħruġa kienu:
- 3 każi ta’ vetturi mingħajr assigurazzjoni;
- 7 vetturi mingħajr fire extinguishers;
- 23 każ ta’ liċenzja mhux imwaħħla jew mhux imġedda;
- 10 vetturi b’Numri ta’ Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRN) mgħottija jew mhux viżibbli;
- 12-il vettura bi twieqi tinted li jiksru r-regolamenti;
- 18-il vettura bid-dwal difettużi;
- 3 individwi jsuqu mingħajr liċenzja tas-sewqan valida;
- 4 xufiera mhux lebsin kif suppost skont l-istandards tas-sigurtà;
- 5 vetturi miżmuma ħażin;
- 4 vetturi nieqsa mit-tagħmir tal-ewwel għajnuna;
- Vettura waħda misjuba mgħobbija żżejjed;
- Vettura waħda mingħajr tag valida;
- Sid ta’ vettura waħda li tippermetti użu mhux awtorizzat;
- Vettura waħda b’silencer ineffettiv;
- 1 U-turn illegali.
B’riżultat ta’ din l-ispezzjoni, 5 vetturi u trakk ġew sekwestrati minħabba vjolazzjonijiet gravi. Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għamel ukoll 3 arresti relatati ma’ reati speċifiċi skoperti waqt l-operazzjoni.
//= $special ?>