L-Eks Prim Ministru tal-Pakistan Imran Khan ġie kkundannat tliet snin ħabs wara li nqabad ibigħ rigali illegalment li ġew mogħtija l-istat waqt żjarat barra mill-pajjiż. Dawn ir-rigali ġew mogħtija bejn l-2018 u l-2022 u jammontaw għal valur ta’ ‘il fuq minn nofs miljun ewro.
Barra minn hekk, tressqu aktar minn 150 każ kontrih minn meta tneħħa minn Prim Ministru f’April tas-sena l-oħra. Imran Khan dejjem wieġeb li mhux ħati, filwaqt li insista li l-akkużi huma motivati politikament. Esperti legali sostnew li jekk jinqabad ħati għal dan il-każ, hemm ċans li mhux ser ikun jista jipparteċipa fl-elezzjonijiet nazzjonali tal-Pakistan li ser isiru din is-sena.
//= $special ?>