Manchester United ikkonfermaw fuq il-midja soċjali l-akkwist tant mistenni tal-attakkant Daniż Rasmus Hojlun mingħand Atalanta għas-somma globali ta’ €85 miljun.
L-ex attakkant ta’ Atalanta kien ipprezentat quddiem il-partitarji ta’ Manchester United qabel il-partita ta’ ħbiberija kontra Lens, fejn ir-Red Devils ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1.
Hojlund iffirma ma’ Atalanta l-istaġun li għadda, fejn skurja 9 gowls f’32 parita. Il-plejer ta’ 20 sena huwa prodott ta’ FC Copenhagen, fejn saħansitra ddebutta għall-ewwel partita uffiċjali magħhom lura fl-2020 ta’ 17-il sena.
Barra mir-rekord tajjeb ta’ gowls li għandu fil-livell ta’ klabb, Hojlund ukoll impressjona ma’ pajjiżu, hekk kif f’6 partiti mat-tim Nazzjonali tad-Danimarka huwa sab ix-xibka 6 darbiet.
Hojlund stqarr f’intervista mal-midja tal-klabb li huwa kien isegwi lil Manchester United sa minn eta’ zgħira, u jinsab kuntent ħafna li iffirma ma’ klabb ta’ dan il-kalibru u jaħseb li huwa lest li jilgħab ma’ plejers ta’ dan il-livell.
Il-plejer iffirma kuntratt li huwa mistenni jżommu mal-klabb sal-2028, b’għażla ta’ estenżjoni għal sena oħra.
//= $special ?>