L-aħħar Sittax:
ŻVIZZERA……1
SPANJA……… 5
Wara t-telfa ta’ 4-0 li sofrew fl-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Ġappun, Spanja wettqu reazzjoni xierqa u saru l-ewwel tim li għamilha għall-kwarti tal-finali meta Eden Park, f’Auckland għelbu lill-Iżvizzera 5-1.
Spanja fetħu l-iskor wara ħames minuti meta l-ewwel minn kross ta’ Salma Paralluelo kienet Redondo Ferrer li rat ix-xutt tagħha jkun milqugħ minn Thalmann mgħejjuna mill-wieqa, b’Ferrer terġa’ tieħu l-ballun u tqassam lejn Aitana Bonmati li b’xutt minn tarf il-kaxxa tefgħet fix-xibka.
Sitt minuti wara nuqqas ta’ ftehim bejn Laia Codina u l-goalkeeper Catalina Coll bil-pass lura tad-difensur ta’ Barcelona jsib lil kompatrijotta tagħha barra minn posta u l-ballun baqa’ dieħel dritt fix-xibka.
Għaddew biss ħames minuti u fis-17-il minuta Spanja lura fil-vantaġġ. Kien kross ta’ Batle li sab lil Bonmati li bir-ras għaddiet lejn Redondo Ferrer li bir-ras ukoll għelbet lil Thalmann.
Fis-36 minuta Bonmati skorjat it-tieni gowl personali meta b’finta fil-kaxxa fetħet spazju għax-xutt u b’konklużjoni preċiża skorjat it-tielet gowl għal Spanja.
Fil-45 minuta Spanja prattikament għalqu l-logħba meta minn azzjoni ta’ korner mogħti minn Abelleira, wara konfużjoni sħiħa fil-kaxxa ż-żgħira finalment kienet Laia Codina li għamlet l-iskor 4-1 u tmiem l-ewwel taqsima.
Bil-partita magħluqa u bi Spanja fil-kontroll assolut, kien imiss lil Jenifer Hermoso li tniżżel isimha mal-iskorers meta fis-70 minuta b’xutt mill-isbaħ issiġġilat ir-rebħa għal Spanja li jkunu l-ewwel tim li jmur fil-kwarti tal-finali
//= $special ?>