Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Tkompli l-forma pożittiva tal-Ġappun

(Ritratt: EPA)

L-aħħar sittax:

ĠAPPUN………..3

NORVEĠJA…….1

Il-Ġappun huwa t-tieni pajjiż fil-kwarti tal-finali wara li eliminaw lin-Norveġ,ja li fiċ-cirkostanza kienet meqjusa bħala pajjiż bi kredenzjali għolja f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa.

Fil-Wellington Regional Stadium, fis-16-il minuta, auto goal ta’ Ingrid Engen li għelbet lil seħbitha Aurora Mikalsen poġġa lill-Ġappun fil-vantaġġ.

Reazzjoni mmedjata minn Norveġja li fl-20 minuta kisbet il-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Vilde Boe Rosa kienet Guro Reiten li għelbet lil Ayaka Yamashita. 1-1 fi tmiem l-ewwel taqsima.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima bil-Ġappun fuq l-offensiva, fil-50 minuta kienet Riza Shimizu li għelbet lil Mikalsen għat 2-1.

Minkejja reazzjoni minn Norveġja,fil-81 minuta kienet Hinata Minazawa li minn azzjoni ta’ Aoba Fijino għalqet il-partita bl-iskor finali ta’ 3-1 favur il-Ġappun.

Ta’ min jgħid li dan kien l-ewwel gowl li sofrew il-Ġappuniżi sa mill-bidu ta’ din l-edizzjoni.