Lokali

Tmut omm Daphne Caruana Galizia

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Rose Vella; omm Daphne Caruana Galizia.

Tul dawn l-aħħar snin, Rose Vella dejjem baqgħet fuq quddiem nett fis-sejħa sabiex issir ġustizzja sħiħa ma’ bintha. Dan filwaqt li kienet ukoll, flimkien ma’ żewġha, tappoġġja kawżi li għandhom skop ġust.

Kull 16 tax-xahar, Rose Vella kienet tkun fuq quddiem fit-tislima li tingħata lil Daphne Caruana Galizia. Fuq quddiem anke fid-diversi protesti li saru fl-aħħar 6 snin għall-ġustizzja, partikolarment fl-eqqel tal-kriżi politika tal-2019.

Rose u Michael Vella kellhom erbat itfal – Daphne, Mandy, Corinne u Helen.

Intant, f’post fuq il-midja soċjali l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja ta’ Rose Vella filwaqt li qal li baqgħet tiġġieled sal-aħħar nifs ta’ ħajjitha għall-ġustizzja. Bernard Grech sostna li t-tfittxija għal verita se tkompli filwaqt li wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Vella.

Il-kumpanija Net Media twassal il-kondoljanzi tagħha lill-familja Vella.