Futbol Sport

Arsenal jirbħu l-Community Shield bl-għoti tal-penalties

(Ritratt: EPA)

Arsenal rebħu l-Community Shield għas-17-il darba meta f’Wembley Stadium għelbu lil Manchester City bl-għoti tal-penalties.

Kienu s-Citizens li fetħu l-iskor fis-77 minuta permezz ta’ xutt mill-isbaħ tas-sostitut Cole Palmer li spiċċa fl-angolu, bil-goalkeeper ta’ Arsenal Ramsdale megħlub għal kollox.

Meta kollox deher li Manchester City se jirbħu l-ewwel tazza tal-istaġun, 11-il minuta fuq il-ħin regolametari, xutt ta’ Leandro Trossard kien devjat minn Akanji u spiċċa fix-xibka.

Bil-partita tmur għall-għoti tal-penalties, Odegaard, Trossard, Saka u Vieira skorjaw għal Arsenal filwaqt li Bernardo Silva biss skorja għal Manchester City b’De Bruyne u Rodri jfallu.