Jabbanduna lill-Ministri Chris Fearne u Clyde Caruana bid-domandi u dubji jissoktaw
Il-Prim Ministru halla lil Chris Fearne wahdu; imdawwar b’dubji u domandi serji dwar dak li verament seħħ rigward l-id il-leminija tieghu, Carmen Ciantar.
Matul l-intervista tal-Ħadd filgħodu, Robert Abela ma wieġeb għall-ebda mistoqsija li l-poplu qiegħed jistaqsi – fosthom dwar il-misteru ta’ Carmen Ciantar u kif hi qabdet u daħlet lura fit-tmexxija tal-FMS.
Qalb attakki partiġġjani wieħed wara l-ieħor – Abela għażel li b’mod assolut jinjora għal kollox anke il-kriżi fil-provvista tal-elettriku – kriżi li ħalliet diversi ċittadini jaffaċċjaw sfidi mingħajr ebda preċedent…b’uħud waqt dan kollu saħansitra spiċċaw tilfu ħajjithom. Minkejja l-appelli kontinwi…Abela għal darb’oħra ma semma bl-ebda mod x’kumpens se jkun qiegħed jagħti l-Gvern lill-familji Maltin u Għawdxin…dejjem jekk effettivament se jkun qiegħed joħroġ xi tip ta’ kumpens.
Minkejja li kull min tisma’ jgħidlek li qed jixba f’pajjiż fgat, mimli ansjeta u tensjoni – bl-infrastruttura ta’ Malta u Għawdex mhux qiegħda tlaħħaq taħt il-pressjoni – kemm is-settur tas-saħħa kif ukoll t-traffiku kontinwu, u s-sens ta’ żdingar f’diversi toroq Maltin u Għawdxin….Abela injora għal kollox anke dan it-tħassib.
Dan meta l-appelli tal-MHRA kienu ċari; anke fejn jidħol il-bżonn ta’ azzjoni mill-Gvern ta’ Abela b’rabta mal-industrija tal-bini – għaliex diversi turisti qed jiddeskrivu lill-pajjiżna bħala sit wieħed ta’ kostruzzjoni b’reviews juru li ma jridux jiġu lura lejn pajjiżna. U minkejja dan, Abela qed jisħaq li l-affarijiet sejrin tajjeb.
Il-Prim Ministru ma ta lanqas ebda soluzzjoni fuq l-inflazzjoni, iż-żieda eżorbitanti fil-prezzijiet, ebda soluzzjonijiet konkreti dwar Għawdex.
Iżda agħar minn hekk ebda kelma mlissna dwar il-kriżi li qed taħkem lill-Partit Laburista – il-fatt li l-Ministru Clyde Caruana nqabad jigdeb darbtejn dwar il-paga tal-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta – hekk kif wara li Caruana qal li ma jdaħħalx paga…..ħareġ li David Curmi jdawwar kwar ta’ miljun ewro fis-sena.
Dan filwaqt li minkejja l-appelli fi ħdan il-Partit Laburista…min messaġġieri ewlenin tal-Labour….Robert Abela injora għal kollox lil Rosianne Cutajar…bil-qasma u l-firda fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista tkompli żżid il-paniku għal Abela u l-kitchen cabinet tiegħu.
Iżda agħar minn hekk, il-Prim Ministru għażel li jħalli lil ta’ madwaru weħidhom; iżolati. Ebda mistoqsija mwieġba dwar id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana.
Ebda ċaħda li l-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat qed jiprova jħammeġ isem Fearne, ebda ċaħda li hemm aktar minn persuna waħda fit-tmexxija tal-Air Malta li qed idawwru aktar minn €100,000 fis-sena. Ebda ċaħda li l-Forzi tad-Dlamijiet imsemmija ripetutament minn Carmen Ciantar ġejjin mill-kamp Laburista. Bil-misteri, u d-domandi, ikomplu jiżdiedu.
//= $special ?>