Lokali

Iċ-ċittadin mhux qed jemmen ir-retorika tal-Labour

Dan hekk kif f’artiklu tal-midja tal-Labour ingħad kif aktar Maltin qed jiġu lura Malta milli jitilqu – iżda kienu bosta dawk li kkummentaw fuq il-midja soċjali fejn esprimew li minkejja kollox, il-fatti li jaraw, jesperjenzaw u jisimgħu ċertament iġiegħlhom jemmnu mod ieħor.

Uħud saħqu li dan l-artiklu huwa sempliċiment propaganda ta’ Gvern li jinsab f’paniku u niexef mill-ideat, oħrajn sempliċiment ikkumentaw b’bandiera tal-Korea ta’ Fuq… referenza għall-aħbarijiet kkontrollati u ċċensurati li jkun hemm f’dan il-pajjiż taħt tmexxija dittatorjali.

Diversi persuni minn kull faxxa tas-soċjetà fakkru dwar is-survey li ħareġ fl-aħħar xhur, fejn ingħad kif iż-żagħżagħ sfortunatament iridu jitilqu minn Malta għax mhux qed iħossu li hawn iżjed opportunitajiet għalihom.

Dan filwaqt li kkumentaw ukoll ġenituri li saħansitra stqarrew li ħeġġew lill uliedhom huma stess sabiex jitilqu minħabba l-mod kif Gvern Laburista aġixxa fl-aħħar 10 snin.

Oħrajn semmew kif jiddispaċihom li kienu reġgħu ġew lura Malta snin ilu, hekk kif Malta nbidlet b’mod tremend ikkumparat maż-żmien meta ġew huma.

Intant il-Partit Nazzjonalista kemm-il darba saħaq li huwa tajjeb li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin imorru jagħmlu esperjenza barra minn xtutna – iżda huwa wisq aktar bżonnjuż li jiġu lura fil-pajjiż sabiex flimkien u f’ħidma waħda nixprunaw ix-xogħol għat-tisħiħ tal-ekonomija Maltija u tkattir ta’ ġid għaċ-ċittadin.

Diversi persuni mhux qiegħdin jemmnu r-retorika tal-propaganda Laburista.

Dan hekk kif f’artiklu tal-midja tal-Labour ingħad kif aktar Maltin qed jiġu lura Malta milli jitilqu – iżda kienu bosta dawk li kkummentaw fuq il-midja soċjali fejn esprimew li minkejja kollox, il-fatti li jaraw, jesperjenzaw u jisimgħu ċertament iġiegħlhom jemmnu mod ieħor.

Uħud saħqu li dan l-artiklu huwa sempliċiment propaganda ta’ Gvern li jinsab f’paniku u niexef mill-ideat, oħrajn sempliċiment ikkumentaw b’bandiera tal-Korea ta’ Fuq…referenza għall-aħbarijiet kkontrollati u ċċensurati li jkun hemm f’dan il-pajjiż taħt tmexxija dittatorjali.