“Il-Baħħ u Jien” hija l-kanzunetta rebbieħa tas-47 edizzjoni tal-Festival tal-Għanja tal-Poplu – kantata minn Christian Arding b’kitba u kompożizzjoni ta’ Natasha Grima u Charlene Grech.
F’festival li ġie organizzat is-Sibt filgħaxija fi Pjazza Teatru Rjal b’kollox ikkonkorrew mal-142 kanzunetta li minnhom intgħażlu l-aħjar 16 għal finali.
Fit-tieni post ikklassifikat il-kanzunetta Meravilja kantata minn Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri b’kitba u kompożizzjoni ta’ Emil Calleja Bayliss u Mark Spiteri Lucas.
Dan filwaqt li fit-tielet post ikklassifikat il-kanzunetta Katina, kantata minn Laura Bruno b’kitba ta’ Paul Ellul u kompożizzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas.
Il-premju Enzo Gusman għall-aħjar interpretazzjoni: Christian Arding (l-Baħħ u Jien)
Il-premju għall-aħjar tema soċjali: l-awtur Lon Kirkop għal Għadu Ma Sarx
Il-premju għall-aħjar kantawtur: il-kanzunetta Monokrom kantata minn Jean Claude Vancell.
//= $special ?>