Fl-aħħar ħin tħabbar li l-festa tant mistennija tas-Salvatur iċċelebrata f’Ħal Lija hija posposta għal nhar il-Ħamis, 10 ta’ Awwissu.
Dan minħabba l-fatt li l-Gżejjer Maltin preżentament qed iħabbtu wiċċhom ma rwiefen qawwija li qed ilaħqu l-Forza 6. Kawża ta’ dawn l-irwiefen fost oħrajn is-Sibt filgħaxija ġie kkanċellat l-ispettaklu tan-nar tal-ajru tal-Festa tas-Salvatur.
Fi stqarrija St. Michael’s Fireworks Factory Ħal Lija A.D 1925 spjegat li bi ftehim mal-Kappillan u l-Parroċċa ta’ Ħal Lija ntlaħaq qbil li l-Purċissjoni tas-Salvatur issir nhar il-Ħamis – minħabba l-previżjoni ta’ riħ qawwi.
Intant ġie spjegat ukoll li l-programm tan-nar li kellu jinħaraq ilbierah 5 u illum 6 t’Awwissu, se jkun qiegħed jinħaraq l-Erbgħa 9 u l-Ħamis 10 t’Awwissu.
//= $special ?>