Mietu talanqas 25 persuna, bi 80 jindarbu, meta ferrovija qabżet il-linji hi u tivvjaġġa viċin l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Nawabshah, fil-limiti ta’ Karachi.
F’din it-traġedja, numru ta’ vaguni tal-ferrovija nqalbu u bir-riżultat li s-servizzi għall-emerġenzi damu s-sigħat jippruvaw joħorġu lill-vittmi minn qalb it-tifrik — bil-passiġġieri midruba jittieħu lejn l-isptar b’urġenza.
Il-Ministru Pakistani responsabbli min-Network tal-Ferroviji, Saad Rafiq, qal li l-ewwel investigazzjoniijet żvelaw li l-ferrovija kienet qed tivvjaġġa b’veloċità normali, bl-esperti, sal-bieraħ, ikomplu jindagaw ir-raġuni għal din it-traġedja.
//= $special ?>