Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għal-Logħob tal-Istati Indipendenti

F’Minsk saret iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tat-tieni edizzjoni tal-Logħob tal-Istati Indipendenti magħrufa bħala CIS.

B’kollox qed jikkompetu 2214 atleta minn 22 pajjiż fosthom id-disa’ pajjiżi li sal-1991 kienu jgħamlu parti mill-eks Unjoni Sovjetika. Qed jieħdu sehem wkoll atleti li l-Kumitat Olimpiku Nazzjonali b’xi mod jappoġġja l-politika tar-Russja u l-Belarus fosthom Iran, Eġittu, Malasja, Pakistan, Lebanon, Emirati Għarab

Magħquda kif wkoll Kuba u Kolombja. L-ewwel edizzjoni kienet saret fl-2021 f’Kazan iżda mill-mument li l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ħareġ sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja u Belarus dan il-Logħob ħa xejra differenti fost il-pajjiżi fiz-żona Russa.

Fil-programm ta’ logħob hemm xejn anqas minn 20 dixxiplina Olimpika kif ukoll żewġ dixxiplini non-Olimpiċi li huma s-Sambo u l-MuayThai.

Il-Logħob tal-Istati Indipendenti jintemm fit-13 ta’ Awwissu.