Numru ta’ persuni tilfu ħajjithom filwaqt li oħrajn qed isofru minn diversi ġrieħi wara attakk li seħħ mir-Russi fuq ċentru Ukren tat-trasfużjoni tad-demm. Dan ħabbru l-President Ukren, Volodymyr Zelensky fejn qal li membri tal-Protezzjoni Ċivili qattgħu l-lejl sħiħ biex jitfgħu n-nar li nfirex kawża ta’ dan.
L-attakk seħħ fir-reġjun ta’ Kharkiv, bir-Russja għadha ma kkummentatx dwar dan kollu.
Mhux magħruf kemm il-persuna sofriet minn dan l-attakk. Mill-bidu tal-gwerra, ir-Russja ħadet il-ħajja ta’ eluf ta’ Ukren filwaqt li qerdet bliet sħaħ.
//= $special ?>