Raġel ta’ 65 sena minn Wied il-Għajn kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs tal-Ħadd filgħodu fi Triq San Anard meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li seħħ impatt bejn vettura misjuqa mill-vittma u karozza misjuqa minn raġel mil-Latvja ta’ 51 sena, residenti Santa Venera.
Fil-post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa b’rabta mal-każ.
//= $special ?>