Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Gowls minn Roord u Beerensteyn ipoġġu lill-Olanda fil-kwarti tal-finali

(Ritratt: EPA)

L-aħħar sittax:

OLANDA………………2

AFRIKA T’ISFEL……0

F’Sydney Football Stadium, b’gowl f’kull taqsima l-Olanda għaddiet għall-kwarti tal-finali kontra avversarju li wara li eliminat lil Italja setgħet tkun xi ftit diffiċli.

Wara biss disa’ minuti kienet Jill Roord li għelbet lil Kaylin Swart sabiex l-Olanda marret fil-vantaġġ. Minkejja reazzjoni mill-Afrika t’Isfel l-iskor baqa’ dak minimu sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fl-54 minuta gowl ta’ Lieke Martens ma kienx ikkonvalidat bil-VAR mir-referee Yoshimi Yamashita sabiex fit-68 minuta l-Olanda rduppjat.

Minn azzjoni ta’ Martens kienet Lineth Beerensteyn li għelbet lil Swart u għalqet il-partita biex poġġiet lill-Olanda fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni.