Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: L-Iżvezja jeliminaw liċ-Champions tad-Dinja fl-għoti tal-penalties

(Ritratt: EPA)

L-aħħar sittax:

ŻVEZJA…………..0 (5)

STATI UNITI……0 (4)

Għall-ewwel darba fl-istorja, l-Istati Uniti se jirritornaw f’darhom mingħajr midalja mit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa wara li fil-Melbourne Rectangular Stadium sfaw eliminati mill-Iżvezja bl-għoti tal-penalties fir-round tal-aħħar sittax.

Matul il-120 minuta, ċ-chapions tad-dinja kellhom l-aktar minn dak li huwa pusses tal-balun kif ukoll kienu l-akatar perikolużi.

Bilanċ assolut bejn iż-żewġ timijiet matul id-90 minuta u wisq aktar fil-ħin barrani b’mod li d-difiżi rispettivi u wisq aktar il-goalkeepers Zecira Musovic u Alyssa Naeher żammew l-iskor intatt.

Fi tmiem il-ħin barrani, f’partita kkontrollata minn Stephanie Frappart ta’ Franza, id-deciżjoni għal min isib postu fil-kwarti tal-finali kienet bl-għoti tal-penalties.

Minn serje ta’ seba’ penalties fuq kull naħa, Bjorn u Blonqvist fallew għall Iżvezja filwaqt li wara li Rapinoe, Smith u O’Hara fallew għall-Istati Uniti, fil-penalty deciziv għall Iżvezja, Hartig rat ix-xutt tagħha salvat minn Naeher bil-ballun iżda deher li qabez il-linja u Frappart ikkonvalidat il-gowl li poġġa l-Iżvezja fil-kwarti tal-finali.