Żewġ żgħażagħ ta’ nazzjonalità Niġerjana kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’argument fil-Qawra.
Il-każ seħħ għall ħabta tas-sebgħa tal-Ħadd filgħaxija fi Triq Annetto Caruana meta allegatament Niġerjan ta’ 24 sena qala’ daqqiet ta’ flixkun waqt argument ma’ żagħżugħ ieħor ta’ 25 sena, tal-istess nazzjonalità.
Minnufih ġew imsejħa fil-post uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħa liż-żewġ persuni involuti fl-argument l-isptar għal aktar kura.
Iż-żagħżugħ li allegatament qala’ daqqiet ta’ flixkun ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi u aktar tard l-allegat agressur ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.
Intant aktar kmieni l-Ħadd filgħodu fl-istess triq il-Pulizija rċevew rapport ta’ serqa minn ħanut tal-gazzetti – biz-zona mhux l-ewwel darba li qed tiġi sottoposta għal theddid ta’ sigurtà fuq iċ-ċittadini Maltin u mhux biss li jgħixu fl-akwata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>