Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur ferut wara ħabta fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar

Sewwieq ta’ mutur spiċċa rikoverat l-Isptar b’urġenza wara li kien involut f’ħabta ma’ vettura tal-għamla Nissan Qashqai.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:30pm fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar.

Minn informazzjoni li ingħatajna mill-Pulizija, jidher li raġel ta’ 47 sena residenti Santa Lucia li kien qed isuq mutur tat-tip Honda CRF kien involut f’ħabta ma’ vettura tal-għamla Nissan Qashqai misjuqa minn Bulgaru ta’ 57 sena residenti l-Mellieħa.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.