Lokali

Cara Borg Aquilina appuntata bħala delgata taż-żgħażagħ fin-Nazzjonijiet Uniti

Iż-żagħżugħa Maltija Cara Borg Aquilina se tieħu post Matthew Micallef St John kif ukoll Emma De Gabriele bħala delegata taż-żgħażagħ fin-Nazzjonijiet Uniti. Hija ntagħżlet fost 20 applikant.

Dan l-irwol għandu valur kbir hekk kif jagħti l-opportunita liż-żgħażagħ sabiex jikontribwixxu f’diskussjonijiet fuq livell internazzjonali.

Borg Aqulina tinsab ferm onorata b’dan l-irwol li jġorr responsabbilta kruċjali fejn il-prijoritajiet tagħha jinkludu l-ugwaljanza tal-ġeneru kif ukoll il-bidla fil-klima.