Basketball Sport

It-tim nazzjonali Malti U/18 tan-nisa jirbaħ il-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni

F’Durres, fil-Palazz tal-isport Dhimitraq Goga, it-tim Nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa ta’ Taħt it-18-il sena rebaħ il-Kampjonat tat-Tielet Divizjoni wara li fil-finali għeleb lill-Albanija 56-47.

It-tim immexxi minn Giovanni Gebbia wara li rebaħ l-ewwel sessjoni 10-9, temm 10-10 it-tieni sessjoni, tilef saħansitra t-tielet sessjoni 16-18 iżda iddomina għal kollox ir-raba’ sessjoni li rebaħ 20-10 .

Protagonista għat-tim Malti għal darb’oħra kienet Danika Galea bi 18-il punt u 10 rebounds. Anna Fenech Pace għamlet 12-il punt, 6 assists u 4 rebounds filwaqt li Sarah Fenech Pace kellha 11-il punt u 4 rebounds.

Fis-semi-finali Malta għelbet lil Armenja 68-60 filwaqt li aktar qabel fil-proċess ta’ kwalifikazzjoni għelbet lil Andorra 86-69 u lil Ċipru 58-52.

Ġustifikati ċ-ċelebrazzjonijitet tal-kontinġent Malti fi tmiem il-finali b’mod partikolari mal-preżentazzjoni tat-trofew bħala rebbieħa tal-Kategorija Taħt it-18-il sena Kampjonat tat-tielet diviżjoni.