Is-‘Sajf tan-Nirien’ qed jinħass bl-aktar mod akut fil-gżira ta’ Sardinja,fejn bħalissa qed jaqbdu ‘il fuq minn 50 nar qalb foresta u zoni dominati mill-art aħrax.
L-osservaturi wissew li s-sitwazzjoni qed issir ‘dejjem aktar drammatika u inkwetanti’, bl-irwiefen tal-arja sħuna jixprunaw il-fjammi li qed jikkumplikaw l-isforzi tal-iskwadri għall-emerġenzi biex jevitaw sitwazzjoni inkontrollabbli.
Fl-aħħar sigħat, mijiet ta’ nies spiċċaw evakwati mill-ibliet u l-villaġġi qrib il-kosta lejn il-lvant ta’ Sardinja, bl-emerġenza tilħaq l-eqqel tagħha f’Posada, fejn l-awtoritajiet ilhom mill-Ħadd jikkumbattu inċidenza ta’ nirien għall-għarrieda.
It-turisti qed ikunu mitluba biex jitilqu mil-lukandi, ir-resorts u l-camping sites fid-diversi zoni ta’ Sardinja minħabba ċ-ċirkustanzi imprevedibbli kaġunati min-nirien.
L-awtoritjiet f’Sardinja anki qed jinvestigaw rapporti li xi nirien tqabbdu apposta min-nies għalkemm ma kenux ikkonfermati r-rapporti dwar l-arresti potenzjali.
//= $special ?>