Internazzjonali

L-Arabja Sawdija: Laqgħa għad-diplomatiċi dwar il-konflitt Ukren

Id-diplomatiċi ewlenin minn madwar 40 pajjiż qed jiltaqgħu għal konferenza ta’ jumejn f’Jeddah, fl-Arabja Sawdija bil-għan li jintroduċu sensiela ta’ prinċipji gwida li jgħinu għall-konklużjoni tal-gwerra fl-Ukrajna.

Il-laqgħa, li qed issegwi laqgħa simili f’Kopenhagen ( fid-Danimarka) aktar kmieni fis-sajf, tirrappreżenta l-isforzi kontinwi tal-komunità internazzjonali biex tinstab riżoluzzjoni vjabbli u effettiva għall-konflitt li ilu kważi sena u nofs.

Min-naħa tiegħu, il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qed jittama li l-idea  tirriżulta f’summit għall-paċi li jinvolvi lill-mexxejja tad-dinja u li jista’ isir fil-ħarifa.