Niġerjan ta’ 43 sena residenti Tas-Sliema weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.
L-inċident seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tal-11:30 fi Triq Tul il-Kosta.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn Taljana ta’ 43 sena u Toyota Hiace misjuq minn raġel mill-Mali ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar. Fuq il-mutur kien hemm ukoll in-Niġerjan.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti u ambulanza ħadet lin-Niġerjan l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>