El Diablo jibqa’ fl-ewwel post overall wara li rebaħ it-tielet Grand Prix tal-Kampjonat tad-Dinja tal-powerboats Voomquest Enemed UIM V2 li sar fi Brindisi.
L-Italja ddominat minn azzjoni u adrenalina. L-azzjoni bdiet fl-ewwel ġurnata, bit-timijiet jikkompetu għall-pole position. L-aħjar ħin minn Waistnot, b’ distakk ta’ 0.6 sekondi fuq Interceptor Remax filwaqt li fit-tielet post El Diablo b’distakk ta’ 1.3 sekondi. Il-podju tal-ġurnata miksub minn El Diablo, qabel Interceptor Remax u Cutting Edge.
Il-pole position fit-tieni ġurnata bdiet b’Interceptor Remax, segwit minn El Diablo, Waistnot u Cutting Edge, filwaqt li El Diablo temm l-ewwel, segwit minn Interceptor Remax, it-tnejn ġew penalizzati minħabba jumpstart.
Sfortunatament, ir-reazzjoni ta’ Interceptor Remax għall-penalità wasslet biex it-tim ikun skwalifikat għall-bqija tal-kompetizzjoni. Cutting Edge ingħata l-ewwel post, segwit minn Waistnot u El Diablo.
Saret ukoll lap parade mid-dgħajjes kollha li qed jipparteċipaw fl-Adriatic Cup u l-klassi V2 fil-Port ta’ Brindisi. Dan kien segwit minn speed runs fil-Port ta’ Brindisi, b’ Waistnot itemm l-ewwel.
Fl-aħħar ġurnata ta’ kompetizzjoni sfortunata għal Cutting Edge, li sofrew ħsara mekkanika fejn kellhom jieqfu mit-tiġrijiet. B’hekk segwa dwell bejn Waistnot u El Diablo b’Waistnot jegħleb lil El Diablo iżda b’dan tal-aħħar jirbaħ il-Grand Prix b’total ta’ 52 punt.
Fil-klassifika ġenerali, El Diablo jibqa’ jiddomina b’112-il punt segwit minn Waisnot b’84 u Cutting Edge b’66 punt.
//= $special ?>