Sport Sport Ieħor

Sparar: Ryan Bugeja jirbaħ id-sitt Trap Selection Shoot tal-istaġun

Ryan Bugeja rebaħ is-sitt kompetizzjoni Trap Selection Shoot għal din is-sena, f’kompetizzjoni li saret fuq jumejn fil-Malta National Shooting Ranges.

Gianluca Chetcuti u Nico Sciberras spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Ir-riżultati finali kienu hekk:

1. BUGEJA Ryan 42/50

2. CHETCUTI Gianluca 39/50

3. SCIBERRAS Nico 31/40

4. GALEA James Jr. 25/35

5. VELLA Christopher 20/30

6. CHETCUTI William 17/25

Ir-riżultati skond il-klassi fit-tieni ġurnata kienu hekk:

Klassi A:

1. GALEA James Jr.47/50

2. CHETCUTI Gianluca 47/50

3. VELLA Christopher 46/50

Klassi B:

1. ATTARD Nazzareno 44/50

2. DESIRA Aidan Jo 42/50

3. VELLA Stephen 42/50

Klassi C:

1. BONNICI Leetov 33/50

2. GRECH George 27/50

3. GALEA Michael 16/50

Din il-kompetizzjoni kienet ukoll l-aħħar waħda Selection Shoot qabel il-Kampjonati Ewropej li se jsiru f’Osijek, il-Kroazja f’Settembru li ġej.

Gianluca Chetcuti, James Galea Jr., u Emmaniel Bugeja se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fit-Trap Men Event filwaqt li Nico Sciberras, Ryan Bugeja u Aidan Jo Desira se jkunu qed jieħdu sehem fit-Trap Men Junior Event.

Fit-12 u t-13 ta’ Awwissu il-MSSF torganizza l-Grand Prix ta’ Santa Marija fis-Southern Shooting Club, f’Birżebbuġa.