Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Battikata għall-Ingilterra iżda jirbħu bil-penalties

(Ritratt: EPA)

L-aħħar sittax:

INGILTERRA……..0 (4)

NIĠERJA…………..0 (2)

L-Ingilterra bit-tbatija għamluha għall-kwarti tal-finali meta wara li l-partita sal-120 minuta spiċċat fi draw ta’ 0-0, il-Lionesses eliminaw lin-Niġerja bl-għoti tal-penalties.

Bl-azzjonijiet matul il-partita kienu maqsuma, fis-87 minuta l-Ingliżi spiċċaw jilagħbu b’10 meta r-referee Melissa Borjas tal-Honduras keċċiet b’karta ħamra diretta lil Lauren James wara li din dehret tirfes fuq l-avversarja, bir-referee tbiddel id-deċiżjoni minn karta safra għal waħda ħamra wara li rat il-filmat tal-VAR.

Bil-partita tmur għal ħin barrani li matulu l-iskor baqa 0-0, l-Ingliżi rebħu 4-2 bl-għoti tal-penalties fejn għalihom skorjaw England, Daly, Greenwood u Kelly filwaqt li għan-Niġerja skorjaw Ajibade u Ucheibe