L-aħħar sittax:
AWSTRALJA………2
DANIMARKA……..0
B’wirja mill-aqwa quddiem il-pubbliku tagħhom, l-Awstralja għelbet ostakolu aktar ikkwotat biex għaddiet għal kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni b’rebħa ta’ 2-0 fuq id-Danimarka.
L-Awstralja fetħet fuq l-offensiva tant li fid-29 minuta marret fil-vantaġġ.
Minn azzjoni ta’ Mary Fowler kienet Caitlin Foord li għelbet lil Lene Christiansen għal vantaġġ minimu fi tmiem l-ewwel taqsima.
Reazzjoni mid-Danimarka fit-tieni taqsima sal-mument meta fil-71 minuta Awstralja rduppjat.
Minn azzjoni ta’ Emily van Egmond kienet Hayley Raso li għelbet lil Christiansen 2-0 biex għalqet il-partita u poġġiet lill-Awsraljani fil-fażi li jmiss.
//= $special ?>