Mara ta’ 38 sena residenti ż-Żejtun weġġgħet gravi wara li baqgħet dieħla f’karozza pparkjata.
L-inċident seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tal-5:00 f’Labour Avenue fiż-Żejtun.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li mara ta’ 38 sena residenti z-Żejtun tilfet il-kontroll tal-karozza li kienet qiegħda ssuq bil-konsegwenza li kellha impatt ma’ karozza li kienet pparkjata.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
Dan huwa t-tieni inċident f’temp ta’ ġimgħa f’din it-triq.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>