Ħamrun Bayern, Floriana MCP, Team A Fgura u Floriana Premier CC huma s-semi-finalisti tal-Kampjonat tas-Sajf organizzat mill-Malta Darts Association.
Floriana MCP aċċertaw ruħhom minn post mal-aħħar erbgħa meta iddominaw il-konfront kontra Leah’s Bar li rebħu 6-0. Dan ir-riżultat affettwa lil Birgu Boċċi Club li kisbu biss draw ta’ 3-3 kontra Ħamrun Bayern, liema skor ma kienx biżżejjed sabiex jgħaddu għas-semifinali. F’logħba oħra minn grupp A, PO’s Bar għalqu l-impenji tagħhom bil-kbir b’rebħa ta’ 5-1 kontra Fgura Maypole.
Fi grupp B, Team A Fgura spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu 6-0 lil Duke’s Bar filwaqt li Top Gun Bar ħadu walk-over fuq Juventutis Domus.
KLASSIFIKA – GRUPP A: Ħamrun Bayern 28 punt , Floriana MCP 22 punt , Birgu Boċċi Club 20 punt , Fgura Maypole u PO’s Bar Gudja 7punti u Leah’s Bar 2 punti
KLASSIFIKA – GRUPP B: Team A Fgura 22 punt , Floriana Premier CC 16 il-punt , Juventutis Domus 9 punti, Top Gun 5 punti u Duke’s Bar 2 punti.
//= $special ?>
