Lokali

Jerġa’ jinqata’ d-dawl f’numru ta’ lokalitajiet

Għar-reba’ ġimgħa konsekuttiva, eluf ta’ familji reġgħu esperjenzaw qtugħ fil-provvista tad-dawl.

Skont informazzjoni li kiseb Net News, l-aktar lokalitajiet affetwati kienu Ħaż-Żabbar u Marsaskala. Id-dawl inqata’ tard ilbieraħ bil-lejl, bil-qtugħ iħalli diversi familji u anzjani mingħajr provvista tal-enerġija għal ħin twil.

Minn mindu bdiet il-kriżi tad-dawl, il-Gvern baqa’ jgħid li din kienet dovuta għas-sħana estrema. Għalkemm f’dawn il-jiem, it-temperaturi kienu ferm anqas minn dawk li esperjenzajna f’Lulju – u xorta qed ikollna qtugħ tad-dawl.