Partitarju tat-tim tal-futbol Grieg AEK Athens inqatel minn feriti li ġarrab wara li sofra daqqiet ta’ sikkina fil-periferija ta’ Ateni nhar it-Tnejn filgħaxija waqt ġlied bejn partitarji ta’ AEK Ahens u Dinamo Zagreb.
Skont il-pulizija Griega fil-ġlied mill-inqas sitt partitarji oħra sfaw midruba. Ir-raġel ta’ 22 sena ġie ttrasportat minn barra l-istadium Nea Filadelfeia fejn seħħ l-inċident fejn fi triqtu lejn l-isptar ta’ miet. Il-ġlieda bejn il-partitarji seħħ qabel il-partita tat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League bejn AEK Athens u l-klabb Kroat Dinamo Zagreb.
Il-Pulizija qalet li 83 persuna ġew arrestati wara l-konfront. Is-sena li għaddiet minħabba l-vjolenza tħassru għadd ta’ partiti tal-futbol Grieg, fosthom l-inċidenti li seħħew fi Frar 2022 meta inqatel Alkis Kampanos ta’ 19-il sena, fil-belt fit-Tramuntana ta’ Thessaloniki waqt ġlieda bejn partitarji tal-klabbs rivali tal-belt Aris Thessaloniki u PAOK fejn dan kien it-tielet partitarju li nqatel f’perjodu ta’ tliet snin f’Tessaloniki.
//= $special ?>

