Lokali

Żagħżugħ ferut gravi wara inċident f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 23 sena residenti l-Imqabba ġie iċċertifikat bi ġrieħi gravi wara ħabta f’Ħal Luqa.


It-Tnejn, għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar , il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Avjazzoni, Ħal Luqa.


Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta
bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mqabba u Citroen Berlingo misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Marsaskala.


Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.