Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Faċli għal Franza kontra l-Marokk

(Ritratt: EPA)

L-aħħar sittax:

FRANZA…….4

MAROKK…..0

Fil-Hindmarsh Stadium, f’Adelaide, ebda problema għal Franza biex għelbet lill-Marokk 4-0, fejn tliet gowls fi tmien minuti f’nofs l-ewwel taqsima kienu biżżejjed biex kisbu vantaġġ sostanzjali u għalqu l-partita kmieni.

Fil-15-il minuta kienet Kodidiatou Diani li minn azzjoni ta’ Karchaoui fetħet l-iskor għal Franza.

Ebda reazzjoni mill-Marokk biex ħames minuti wara minn azzjoni ta’ Diani kienet Kenza Dali li għelbet lil Khadija er Rmichi biex għamlet l-iskor 2-0

Tlett minuti wara Franza komplew ikabbru l-iskor meta Eugenie Sommer minn azzjoni oħra ta’ Diani għamlet l-iskor 3-0 .

Bit-tieni taqsima tkun biss formalitá, fis-70 minuta minn azzjoni ta’ Becho kienet mill-ġdid Sommer li għamlet l-iskor 4-0 biex issa Franza jilagħbu kontra l-organizzaturi l-Awstralja fil-kwarti tal-finali.