L-aħħar sittax:
KOLOMBJA………1
ĠAMAJKA………..0
Fil-Melbourne Rectangular Stadium il-Kolombja għelbet lill-Ġamajka 1-0, fejn gowl skorjat fl-ewwel fażi tat-tieni taqsima kien biżżejjed għal Kolombja biex tgħaddi għal kwarti tal-finali minkejja sfida denja mill-Ġamajka.
Minkejja li l-Kolombja kellhom ftit aktar pussess mill-avversarji, matul l-ewwel taqsima, attakki fuq il-lasti ta’ Catalina Perez u Rebecca Spencer kienu iżolati.
Kibret il-pressjoni fit-tieni taqsima tant li fil-51 minuta minn azzjoni ta’ Ana Maria Guzman Zapata kienet Maria Catalina Usme Pineda li għelbet lil Rebecca Spencer biex poġġiet lil Kolumbja fil-vantaġġ.
Gowl li kien biżżejjed biex poġġa lill-Kolombja għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni biex issa fil-kwarti tal-finali jiltaqgħu kontra l-Ingilterra.
//= $special ?>

