F’Bucco Beach Facilty, ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni tal-Commonwealth Youth Games li qed isiru fi Trinidad & Tobago.
L-attenzjoni fuq il-Mixed Team Relay Super Sprint tat-triathon bit-tim Malti fl-azzjoni. Riżultat mill-aktar pożittiv għat-tim Malti magħmul minn Kai Azzopardi u Keira Attard li temmew fit-tmien post fost 19-il tim.
Azzopardi u Attard kellhom ħin totali ta’ 44 minuta u 12-il sekonda b’distakk ta’ 3 minuti u 14-il sekonda mill-Awstralja rebbieħa tal-kompetizzjoni.
Fit-tieni post b’distakk ta’ 25 sekonda temmew l-Iskozja qabel Jersey b’distakk ta’ 39 sekonda.
Il-kontinġent tal-Kumitat Olimpiku Malti f’dan il-Logħob huwa mmexxi mix-chef de Mission Maria Vella Galea.
//= $special ?>